Dil-ġimgħa ċċelebrajna l-Ġimgħa tal-Ktieb ġewwa San Anton u bħala parti milll-attivitajiet organizzati mill-iskola, kellna diversi żjarat minn awturi.
Il-Grade 4 iltaqgħu ma’ Aunty Sab, l-awtriċi ta’ Ride the Feeling, u għamlitilhom sessjoni ħelwa ħafna dwar l-emozzjonijiet u kemm hu importanti li naqsmuhom.
L-istudenti tal-Grade 5 ġiet tkellimhom Rita Saliba dwar il-ktieb tagħha Il-Bużu u ż-Żarbuna Maġika, rakkont fuq l-eks plejer tal-futbol Carmel Busuttil.
Il-Grade 6 kellhom laqgħa ma’ Glen Calleja li qralhom Tita tmiss l-Art, storja sabiħa ħafna li kiteb flimkien ma’ Clare Azzopardi.
Il-Grade 7s żarithom Claudia Aloisio u kellmithom dwar il-ktieb tagħha Il-Bebbuxu Trumbetta u kif l-imħabba li għandha għall-istorja ta’ Malta nebbħitha sabiex tikteb din l-istorja.
Fl-aħħar nett, l-istudenti tal-Grade 10 kellhom sessjoni ma’ David Aloisio, li qralhom silta mill-ktieb tiegħu Ġganti u dwar l-importanza tal-kitba kreattiva.
Kienet ġimgħa eċitanti mimlija daqs bajda u veru ħadna gost! Grazzi lill-awturi u prosit lil kulħadd!