www.sananton.edu.mt
About Us About Us
 
.
.
.
 
 

 

ĦARĠA TAL-MALTI

 
 

Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Marzu, id-Dipartiment tal-Malti, organizza ħarġa għall-Grade 8s kollha. Din il-ħarġa kienet parti mis-sillabu ta’ din is-sena li tinvolvi l-kultura Maltija. Il-ħarġa kienet tinkludi mixja lejn il-Kastell Zamitellu fejn kienet irrakkuntata l-leġġenda marbuta ma’ dan il-kastell, leġġenda, li l-istorja tagħha kienet diġa’ ġiet spjegata waqt il-lezzjonijiet tat-Tema kif ukoll żjara interessanti u informattiva ferm għand il-furnar tar-raħal tal-Imġarr, is-Sur Vassallo.

It-tfal staqsewh għadd ta’ mistoqsijiet li kellhom ippreparati fuq il-ħendawts miġburin għal din il-ħarġa. Quddiem il-knisja, fuq iz-zuntier, it-tfal ġew imħeġġa jilagħbu logħob tradizzjonali Malti kif kien spjegat lilhom fil-lezzjonijiet li saru qabel il-ħarġa, bħala tħejjija.

Avveniment eċċitanti ieħor f’din il-ħarġa kien iż-żjara li għamilna lejn ix-xelter li jinsab f’dan ir-raħal. Wara li rajna filmat qasir dwar it-Tieni Gwerra Dinjija u kif din laqtet lil Malta, it-tfal ġew imdawra madwar xelter li għadu miżmum bil-mod kif kien oriġinarjament.

Din l-attivita’ spiċċat b’ikla tipika Maltija fir-Restorant ‘Il-Barri’ fejn kellna varjeta’ ta’ ikel fosthom bebbux, ħobż biż-żejt, ravjul, spagetti tal-fenek, lażanja u ħelwa tat-Tork.

Bla dubju dan huwa appuntament li jiġi mistenni kull sena kemm minna l-għalliema kif ukoll mill-istudenti li b’mod tanġibbli jitgħallmu dwar diversi aspetti tal-kultura Maltija.

__________________________________________________________________________________

Last month, the grade 8 students were taken to Mġarr on an outing.

This outing was related to the topic they were currently stuying in class, related to Maltese Culture.

They visited a typical baker and saw the traditional way of bread-making. They also visited the famous castle ‘Kastell Zamitellu’.

During this time they heard the legend related to the castle. The day came to end at a popular local restaurant and enjoyed a meal which consisted of typical Maltese food.

Ms Ruth Vella

Ms Sarah Cauchi

 

Home - Contact Us - About Us - Privacy Policy - User Agreement