www.sananton.edu.mt
About Us About Us
 
.
.
.
 
 

 

Laqgħa mal-Professur Joe Friggieri.

 
Il- 5 ta’ Marzu 2010
 

Mhijiex l-ewwel darba li l-iskola San Anton, tistieden lil xi awturi fostna. Dawn jistgħu jkunu kemm barranin kif ukoll Maltin.

Ilbieraħ, id-Dipartiment tal-Malti tal-iskola sekondarja, stieden lill-kittieb il-Professur Joe Friggieri, biex jiġi l-iskola tagħna. Huwa ltaqa’ mal-istudenti tal-Grade 10, tal-Grade 11 kif ukoll mal-Grade 12.

L-istudenti kollha kienu eċċitati ħafna li kien se jkollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu miegħu u jisimgħuh ikellimhom fuq xi xogħlijiet letterarji tiegħu. Spjegalhom fuq il-karattru prinċipali, “ir-Ronnie”, li ltaqgħu miegħu fil-ktieb li qegħdin jaqraw, “L-Istejjer tar-Ronnie”. It-tfal baqgħu msaħħrin meta semgħuh jaqra waħda mill-istejjer mill-ktieb il-ġdid “Aktar Stejjer tar-Ronnie”. Fi tmiem il-lezzjoni ħatfu l-okkażjoni fejn talbuh jiffirmalhom il-ktieb.

L-istudenti tal-Grade 11 kif ukoll aktar tard l-istudenti tal-Grade 12, iddiskutew miegħu l-poeżiji “San Niklaw” u “L-Għajn fil-Misraħ”. Dawn iż-żewġ poeżiji jagħmlu parti mis-sillabu tal-letteratura taċ-Ċes. Ħadu gost jisimgħu lill-poeta nnifsu jaqralhom il-poeżiji li kiteb hu. Tahom xi tagħrif dwarhom u fittxew ir-rima u ċapċpu r-ritmu flimkien.

“Il-laqgħa kienet vera interessanti u indunajt kemm hu bniedem intelliġenti” qal Matthew Agius, student fil-Grade 12.

Permezz ta’ din l-istedina, l-istudenti bdew japprezzaw iktar lill-kittieba Maltin kif ukoll ix-xogħol li jagħmlu mal-għalliema tagħhom fil-klassi.

__________________________________________________________________________________________________________________

 

Meeting a local author….

The Grade 10,11 and 12 students had the opportunity to have an encounter with Professor Joe Friggieri, who is an author of one of their Maltese reading books. He is also a poet and the upper Grades are currently studying a couple of his poems since they form part of the Maltese Literature syllabus.

Home - Contact Us - About Us - Privacy Policy - User Agreement