www.sananton.edu.mt
About Us About Us
 
.
.
.
 
 

 

Studenti tal-Grade 8 jattendu għall-ewwel festival tal-ktieb

 
 

Nhar il-Gimgħa 23 t’April grupp ta’ studenti tal-Grade 8 attendew għall-ewwel festival internazzjonali tal-letteratura għat-tfal li ttella’ fil-kavallier ta’ San Gakbu. Dan l-ewwel festival ingħata l-isem ta’ Harba għaliex kif intqal tajjeb minn diversi kittieba mistiedna għal dan is-seminar, il-qari jgħinek taħrab lejn dinja ta’ fantasija u avventura u tiltaqa’ ma’ karattri ġodda.

L-ewwel l-istudenti ltaqgħu ma’ Trevor Zahra , wieħed mill-kittieba favoriti tagħhom. Minbarra li staqsewh ħafna mistoqsijiet dwaru u dwar il-karriera tiegħu ta’ kittieb, setgħu ukoll jarawh jieħu sehem fi skeċċ qasir ma’ Alex Vella Gregory jismu Radju Paroli .L-istudenti apprezzaw ħafna l-battuti u l-logħob bil-kliem ta’ dan l-iskeċċ.

Imbagħad setgħu jitkellmu ma’ Simon Bartolo , awtur ieħor magħruf sewwa mal-istudenti bil-kitba tat-triloġija Il-Fiddien . Huma setgħu jagħmlu dan f’kollegament dirett ma’ Brussell fejn jinsab jgħix bħalissa l-kittieb.

Madeleine Dargue hija awtriċi oħra li ltaqgħu magħha l-istudenti. Hija kellmithom dwar il-fantasija fil-kitba tagħha u kif inkludiet lil Malta fil-ktieb tagħha Star Child . L-illustrattriċi ta’ dan il-ktieb uriet lill-istudenti l-provi tad-disinji tagħha u t-teknika ta’ kif ħadmithom.

Dan is-seminar kien esperjenza pożittiva ħafna għall-istudenti għaliex kienu ħafna li tħajru jaqraw xi kotba li ssemmew waqt dan is-seminar. Barra minn hekk ippreżentaw ġabra ta’ kitbiet tagħhom lil dawn l-awturi.

Doreen Coleiro

Ruth Vella

__________________________________________________________________________________

On Friday 23rd April a group of Grade 8 students from San Anton School attended the first Children’s Book Festival at St James Cavalier in Valletta.They had the opportunity to meet local and foreign children’s authors as well as illustrators. They also presented a book with their creative writing to Trevor Zahra one of their favourite Maltese authors.

 

Home - Contact Us - About Us - Privacy Policy - User Agreement