www.sananton.edu.mt
About Us About Us
 
.
.
.
 
 

 

L-istudenti ta’ Grade 8 tal-Iskola ta’ San Anton iżuru l-festa tas-Siġġiewi nhar il-5 ta’ Diċembru 2014

 

Is-Siġġiwin żgħar li jattendu l iskola Primarja tar raħal jiċċelebraw il festa ta’ San Nikola fil ġurnata propja tagħha, nhar is 6 ta’ Diċembru. Saret drawwa li aħna, l istudenti tal Grade 8 ta’ San Anton, immorru ngawdu din il festa magħhom.

It-tfal għall ħabta tad 9.30 ta’ filgħodu joħorġu mill iskola bl istatwa ċkejkna ta’ San Nikola fuq l ispallejn filwaqt li xi nies jitfgħu l karti fuq l istatwa.

Issir purċissjoni mill iskola sal knisja li fiha jieħdu sehem it tfal. Fuq quddiem nett jimxi student bil bandalora ta’ San Nikola, u tfal oħra jkunu lebsin kostumi li jirrappreżentaw l istorja ta’ San Nikola. Fosthom tifel liebes tal Isqof innifsu. Il banda tas Siġġiewi wkoll tinqala’ għal din l okkażjoni u ddoqq f’din il purċissjoni.

Malli l istatwa tasal il pjazza ma tistax ma tapprezzax il bandalori ħomor nar li jżejnuha u l bnadar iperpru fuq il bjut tal każin u ta’ xi djar privati. Il qniepen ma waqfux isemmgħu leħinhom waqt li l istatwa għamlet id dawra tagħha mal pjazza u mal istatwa li tinsab propju f’nofsha.

Wara quddiesa organizzata mit tfal stess immexxija mill Arċipriet tas Siġġiewi, ħriġna fil ġenb tal knisja u kilna dak li l Maltin ma jonqsux li jieklu meta jmorru għall festa... ħotdog, sħun u delizzjuż... Għat togħma, it tfal ingħataw qubbajd u ħelu tipiku li jinbiegħ ukoll f’kull festa Maltija u Għawdxija. U għalhekk “qisek mejda tal qubbajd” hija espressjoni li nużawha għal min iħobb imur għall festi kollha...

Lejn l aħħar tal mawra tagħna erġajna lura lejn l iskola primarja fejn rajna l mużew tal Edukazzjoni li jinsab f’din l iskola. Hemm f’żewġt ikmamar hemm esebiti tifkiriet u anke oġġetti li kienu jintużaw fl iskejjel u l klassijiet fil passat. Fost dawn rajna blekbord, bankijiet, linka u l pinen, reġistri miktubin bl idejn, ċarts tal passat kif ukoll oġġetti tas suf li kienu jagħmlu fil-passat l iskola, l istudenti nfushom.

L għalliema ma naqsux juruna fejn kien jgħix Karmenu Vassallo, poeta magħruf Malti li kiteb poeżija popolari dwar is Siġġiewi – ‘Raħal Twelidi’.

 

Home - Contact Us - About Us - Privacy Policy - User Agreement